Min Aħna?
Min aħna?.... u kif spiċċajna hawn?
Wara dawn is-snin kollha involuti fit-teatru, is-sitwazzjoni ġagħlitna nagħmlu xi ħaġa differenti u nesperimentaw b’effetti oħra. Illum it-teknoloġijja tagħmilha aktar faċli biex wieħed iwassal il-messaġġ ikun fejn ikun, allura minflok qgħadna fuq l-għatba tat-teatru nistennewh jiftaħ, xammarna il-kmiem u hawn se naqsmu ftit ideat magħkom.
L-ikbar vantaġġ li joffri it-teatru hu li l-udjenza tirreaġixxi għal dak li tkun qiegħed tagħmel u aħna hekk nixtiequ hawn. Jekk ikollox xi suġġeriment, xi ċajta, xi osservazzjoni, tista’ tikkomunika magħna mis-sezzjoni ‘Inżommu Kuntat’. Mhux biss!!! Ħalli messaġġ fil-paġna tal-Facebook jew inkella fil- paġna tal-You Tube. Issa tgħidilniex li ma tajnikx ċans titkellem!!!
Xejn ma ngħidulek......jekk tieħu gost b’dan is-sit daqskemm ħadna gost aħna nippreparaw ix-xogħol,mela persważ li dan il-lejl se torqod tajjeb!!!!