top of page

Ngħiduha kif inhi.....L-Emerġenza, fil-ħajja reali, mhux post li jattira n-nies b’mod pożittiv u min jispiċċa hemm, jispiċċa hemm bla ħsieb. Imma fid-dinja tat-teatru l-istorja differenti!

‘L-Emerġenza’ hija kummiedja mużikali li se tittella’  fit-Teatru  tal-Istitut Kattoliku fl-aħħar weekend ta’ Frar u l-ewwel weekend ta’ Marzu.

B’kitba ta’ George Micallef u direzzjoni ta’ Pawlu Bonello, f’din il-Kummiedja Mużikali se niskopru x’jiġri verament f’Emerġenza u persważ  li se tlaqqagħkom ma’ affarijiet li mhux imdorrijin taraw. 

565x200_website_Renald_Frans_Ruth.png

Renald u Ruth, żewġ nurses fl-Emerġenza, se joħduna  dawra ma’ kull rokna tal-post tax-xogħol tagħhom u jlaqqgħuna ma’ diversi karattri, fosthom Frans, xiħ ta’ 80 sena, li għalkemm miżżewweġ xorta għadu joħlom li xi darba jiltaqa’  mal-mara ta’ ħajtu. Sor Mansweta u Sor Marija ukoll se jispiċċaw fl-emerġenza, imma min minnhom jiffansja lit-tabib Sammut? 

Twanny tat-Twiebet u Salvu s-Sajetta, se jirrakuntawlna kif spiċċaw jaħdmu l-emerġenza, filwaqt li l-aqwa praspar fuq il-post tax-xogħol se nisimgħuhom  mingħand Donald, id-Driver  tal-ambulanza ....anzi ‘ic-Chief of Drivers’  tal-ambulanzi. 

Patrixxa, it-tfajla ta’ 16, ukoll se tgħid il-biċċa tagħha....u biex navżawkom, meta jaqbadna l-ġuħ se nċemplu għal delivery!!

Dan l-ispettaklu ta’ daħk kontinwu jinkludi ukoll diski famużi b’arranġament mużikali ta’ Christian Arding u lirika oriġinali ta’ Dorian Micallef. Il-korjografija  taż-żfin hija ta’ Keith Dance  Studio li flimkien ma’ tim ta’ ‘lfuq minn 25 żeffien u żeffiena irnexxilhom joħolqu serata li wieħed m’għandux jitlef. Il-kostumi ħarġu mil-labra ta ‘ Loui Nior filwaqt li l-pinzell tal-make up ġie avdat lit-tim ta’ Graziella Casha.

565x200_Dancers.png

F’din il-Kummiedja Mużikali se naraw ‘ilfuq minn 25 karattru differenti interpretati minn disa’ atturi li m’għandhom bżonn  tal-ebda introduzjoni. Fost l-atturi li se jieħdu sehem insibu lil Mario Spiteri Snits, John Ascione, Pawlu Bonello, Stephanie Grech Mallia, Claudia Mizzi, Matthew Balzan, George Micallef, Jonathan Bonello u Kaya Piscopo. Creative Photography huma responsabbli mill-fotografija ta’ din is-serata.

565x200_website_passwarapass_allactors.png

Kitba ta’ George Micallef, direzzjoni ta’ Pawlu Bonello u lirika oriġinali ta’ Dorian Micallef.

Dan l-ispettaklu se jitella’ fis-26 ta’ Frar u fl-4 u l-5 ta’ Marzu, fit Teatru Istitut Kattoliku il-Furjana. Biljetti jistaw jinkisżbu minn passwarapass.com, mill-bar  tal-Istitut Kattoliku jew ċemplu 99076107. Jekk tħoss li għandek emerġeza biex tidħak....taħsibiex darbtejn!!

Kuntatt

99076107

  • Facebook
  • Instagram
  • Youtube
bottom of page